Il-Pulizija f’Londra wettqu splużjoni kkontrollata biex jiksbu aċċess għal vettura li waqgħet taħt suspett u wara li daħlulha sensiela ta’ rapporti.
Il-miżura tas-sigurtà saret tard fil-lejl tal-Ħamis wara li n-nies kienu evakwati mill-istazzjon tal-ferrovija (tat-tube) f’Baker Street, fiċ-ċentru ta’ Londra. L-awtoritajiet, sadanittant, għalqu l-aċċessi għaz-zona bħala miżura temporanja.
Mifhum li l-karozza kellha l-hazard lights mixgħulin u l-pulizija ħadu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji fid-dawl tal-allert. Ma weġġa ħadd fl-inċident, bl-istazzjon ta’ Baker Street jerġa’ jiftaħ għall-pubbliku ftit qabel nofs il-lejl.
//= $special ?>