24 siegħa wara li d-Deputat Laburista Joe Debono Grech hedded lid-Deputat Marlene Farrugia, l-istazzjon nazzjonali għadu qed jagħżel li jiċċensura din l-aħbar mit-telespettaturi, is-semmiegħa u l-qarrejja tiegħu.
Il-Partit Nazzjonalista fakkar fid-dikjarazzjoni tad-Deputat Marlene Farrugia li dak li seħħ fil-Parlament jeħodna lura għas-snin sebgħin u tmenin.
“L-uniku raġun li jista’ jġib il-PBS għal din iċ-ċensura hi li anke x-xandir nazzjonali sejjer lura għas-snin 70 u 80 meta ċ-ċensura kienet in-norma tal-ġurnata” tkompli tgħid l-istqarrija.
Fl-istqarrija, il-PN jsitaqsi jekk l-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali humiex qed jiġu mmexxija wkoll mill-“kukkanja” li qed tmexxi l-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Huwa f’dan id-dawl li l-PN qed jistaqsi jekk id-deċiżjoni li tiġi ċċensurata l-aħbar tat-theddid mid-Deputat Laburista tteħditx mill-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS jew minn xi ħadd ieħor li jagħti d-direzzjonijiet minn Kastilja.
//= $special ?>