Fir-ritratt t’hawn fuq il-President Wayne Sammut, l-imsejjaħ il-“magħżul” tas-Segretarju Ġenerali tal-Pulse Joseph Masini.
Ftit tal-ħin ilu s-Segretarju Ġenerali tal-Pulse, Joseph Masini, iħabbar ir-riżenja tiegħu mill-għaqda.
“Bi tmiem din l-elezzjoni, qed jersaq ukoll tmiem l-isbaħ u l-ikbar esperjenza ta’ ħajti. Minkejja li kont naf li għad jasal dan iż-żmien, hu b’dispjaċir kbir li jkolli ngħid li din kienet l-aħħar elezzjoni tal-Junior College għalija.”
Aktar kmieni: It-telfa tal-Pulse tal-bieraħ filgħaxija fissret aktar inkwiet fl-għaqda tal-istudenti soċjalisti. Din it-telfa fissret it-tmien telfa konsekuttiva tal-Pulse f’elezzjoni universitarja, telfa wara oħra li qed jibqgħu jifnu din l-għaqda studenteska.
Il-President preżenti, Wayne Sammut telgħa bl-għajta li se jbiddel din l-għaqda minn fuq s’isfel, minn tmexxija msejħa negattiva minn Presidenti preċedenti. Infatti din l-istess Pulse ta’ din is-sena attirat persuni ‘antiki’, li huma ferm involuti fil-Kamp Soċjalista u li għal din is-sena rritornaw lura biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-Pulse. Madanakollu mhux kulħadd jaħsibha l-istess rigward din it-tmexxija ġdida tal-Pulse fejn wara t-telfa tal-bieraħ reġa hemm bosta dubji dwar l-eżekuttiv tal-Pulse li jidher li ma ġġeddidx kif suppost kellu jiġġedded.
Skont sorsi viċin l-għaqda qalu lil dan il-portal li l-eżekuttiv tal-Pulse kellu l-appoġġ kollu mill-‘kamp soċjalist ta’ fuq’, jidher li mhux jissodisfa l-istudenti li hemm fil-Junior College u wisq inqas il-dawk li hemm fl-Universita’. L-għaqda soċjalista Pulse ilha għaddejha mill-maltemp wara t-telfa li ġarbet fl-elezzjoni tal-KSJC tal-2012, fejn naqqset milli ġġib maġġornaza fil-Kunsill tal-Junior College. Minn dik is-sena l’hawn rat tlett presidenti li lkoll kellhom xi appoġġ ta’ personalitajiet magħrufa fil-Kamp Soċjalista nazzjonali.
F’post fuq Facebook Sammut, aċċetta r-riżultat tal-elezzjoni tal-KSJC li saret ilbieraħ u li rat lill-SDM jirbħu b’maġġoranza kbira u jeleġġu l-kandidati kollha tagħhom., pero kompla l-messaġġ tiegħu billi qal li l-għaqda tal-Pulse se tibqa’ b’rasha mgħollija wara t-telfa li ġarbet.
Ħafna kienu qed iħarsu lejn Wayne Sammut bit-tama li jdaħħal id-dixxiplina u l-maturita’ li “huma meħtieġa fil-Pulse”, pero jidher li dan mhux il-każ għalhiex persuni midħla sew tal-għaqda Pulse ħallew posts oħra fuq Facebook fejn jinfexxu jgħajjru lill-kamp oppost tal-SDM fosthom wieħed partikolari li jgħid li r-rebħa u l-azzjonijiet tal-SDM hija bħal dik tal-‘vavi’.
//= $special ?>