Lokali

Arrestati 3 Sirjani oħra li kienu ġejjin Malta b’dokumenti foloz

Il-Pulizija fl-Italja arrestaw tliet Sirjani oħra, din id-darba fl-Ajruport ta’ Treviso, li kienu ġejjin Malta b’dokumenti foloz taparsi maħruġa mill-Gvern Grieg.

Dawk arrestati huma Aadel Alaayad, li twieled fis-7 ta’ Frar 1988 fis-Sirja, u l-aħwa Husain Alkhalaf u Rudohan Mohamad Alkhalafli u qed ikunu nvestigati biex isir magħruf jekk għandhomx x’jaqsmu mal-attakki tat-13 ta’ Novembru li għadda f’Pariġi. Madankollu s’issa ma nstab xejn konkret f’dan is-sens.

L-ajruporti tal-Veneto, fl-Italja, bħalissa jinsabu taħt allert minħabba li sar magħruf li Salah Abdelsalam, li sa llum għadu maħrub, qatta’ xi żmien f’dan it-territorju qabel wettaq l-attakki f’Pariġi.