Lokali

“Elementi fi ħdan il-Partit Laburista li mhux qed iħalluh jaħdem” – Id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia wara r-riżenja mill-Partit Laburista u mill-Grupp Parlamentari Laburista

Robert Cremona
robert.cremona@netmedia.com.mt

Skont l-eks deputat Laburista Marlene Farrugia, il-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat mhuwiex jisma’ l-għajta tan-nies. Dan apparti il-fatt li l-Partit Laburista lanqas biss qed jisma’ lid-deputati tiegħu stess għaliex dawn qed jibżgħu jitkellmu. Hi ssemmi wkollc il-mod differenti li bih il-Gvern qed jimxi ma’ ċertu negozjanti minn oħrajn u l-bżonn ta’ politika li tassew tħares l-interess nazzjonali.

F’intervista ippubblikata fil-gazzetta Il-Mument tkellmet dwar ir-reazzjoni tal-Partit Laburista meta saret il-proposta biex hi tibqa’ tmexxi l-Kumitat għall-Ambjent – reazzjoni b’għaġla, illi turi kemm tassew riedu jeħilsu minnha.

Fl-istess intervista tirreferi ukoll għad-Deputati Laburisti li qed joqgħodu lura milli jitkellmu fuq certu temi kontroverslaji.

Il-kumplament tal-intervista fuq Il-Mument.