Filmat minn kameras tas-sigurtà juri żewġ persuni jinqabdu fil-fatt jisirqu minn karozza. Il-filmat, li qed idur fuq il-media soċjali, juri s-serqa li seħħet nhar il-Ħamis li għadda fi Triq San Tumas il-Ħamrun.
Is-serqa seħħet f’xi ħin bejn it-3 u t-3.20 ta’ waranofsinhar u l-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex jagħti kull informazzjoni li tista’ twassal biex jinqabdu l-persuni responsabbli.
Il-filmat juri s-serqa ssir minn persuna li kienet akkumpanjata minn persuna oħra. L-ewwel persuna tidher iddaħħal ida mit-tieqa ta’ quddiem tal-vettura u sussegwentament tieħu l-basket. Imbgħad, tixħet il-basket fuq spallejha u tibqa’ miexja mal-persuna l-oħra ‘il bogħod mill-vettura.
//= $special ?>