Riċentament is-Sindku ta’ Marsaskala ddikjara li talab lil Grupp ta’ Sadeen għal għajnuna. Din id-dikjarazzjoni tpoġġi kemm lis-sindku kif ukoll il-kunsill f’dawl ikrah.
Inħossu li l-aġġir ta’ Calleja huwa wieħed li jmur kontra l-kodiċi tal-etika u l-ebda kunsill jew membru elett fuq kunsill ma għandu jitlob għal għajnuna. Il-kunsill qiegħed hemm biex jipproteġi u jservi l-kommunita’ li eliġittu.
Għalhekk il-Front qiegħed jsaqsi lil Bord tal-Governanza tal-Kunsilli Lokali biex jinvestiga lis-sindku u dikjarazzjoni li għamel fuq bażi ta’ imġieba mhux etika skond ir-regolamenti tal-istess bord.
//= $special ?>