Inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tan-12:30pm fi Triq Reġjonali, Santa Venera, wassal sabiex ġuvni ta’ 25 sena minn Ta’ Xbiex kellu jidaħħal l-isptar.
L-inċident seħħ meta għal xi raġuni mhux magħrufa tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’arblu tad=dawl eżatt qabel il-mina.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-pulizija u ta’ team mediku fejn il-ġuvni ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Il-Pulizija qed tinvestiga il-każ. Il-kundizzjoni medika tal-ġuvni għadha mhijiex magħrufa.
//= $special ?>