Bil-filmat
Daryl għandu biss 3 snin, iżda minkejja l-età żgħira tiegħu, ipparteċipa f’attività ta’ abseiling fil-Mosta. Fost prekawzzjonijiet kbar ta’ sigurtà, iċ-ċkejken niżel għoli ta’ aktar minn 35 metru mill-bridge tal-Mosta. Dan, f’attività li saret b’risq id-Dar tal-Providenza. Aktarx, dan jagħmel lil Daryl l-iżgħar persuna f’Malta li qatt għamel abseiling f’dan l-għoli.
David, il-papa ta’ Daryl, għandu 27 sena u fix-xogħol tiegħu bħala suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta jagħmel xogħol ta’ cliff-climbing fuq bażi regolari. Ma’ Netnews.com.mt, David spjega li l-familja kemm ‘il darba tagħmel dawn it-tip t’attivitajiet fil-ħin liberu.
L-attività tal-lum kienet organizzata mill-iScout Group Mosta b’risq id-Dar tal-Providenza u sal-Ħadd filgħodu pparteċipaw mat-350 persuna. Edward Vella, Group Scout Leader, spjega l-miżuri ta’ sigurà li ttieħdu fl-organizazzjoni tal-attività.
Edward jispjega li l-attività tinkludi żewġ points ta’ rigging, apparti li min jagħmel l-abseiling ikun marbut fuq żewġ ħbula differenti li huma t-tnejn ittestjati biex jifilħu piż ta’ 4 tunnellati fuq kull ħabel. Dan apparti inġiniera li jittestjaw u jiċċertifikaw l-apparat kollu użat.
//= $special ?>