Qorti

Libjan u Somalu miżmuma taħt arrest preventiv

Libjan ta’ 33 sena u Somalu ta’ 19-il sena baqgħu miżmumin taħt arrest preventiv wara li kienu mixlija bi ġlieda f’Paceville li seħħet is-Sibt li għadda fit-tlieta ta’ filgħodu.

Il-Libjan Miloud Elforjani u s-Somalu Mohammed Ibrahim Abdalla tressqu l-Qorti separatament.

Fil-Qorti ingħad li l-Libjan flimkien ma’ żewġ persuni oħra pprova jisraq il-mowbajl tas-Somalu u kien f’dak il-mument li allegatament inqalgħet il-ġlieda.

Elforjani kien akkużat li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lil Abdalla waqt li min-naħa tiegħu dan kien mixli li kkaġunalu ferita ta’ natura gravi u li kien fis-sakra.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li t-tnejn jibqgħu arrestati.

Il-Prosekuzzjoni hija mmexxija mill-Ispettur Elton Taliana filwaqt għal Libjan deher l-avukat Noel Cutajar u għas-Somalu l-avukat Noel Bartolo.