Internazzjonali

Londra tlesti biex tidħol fl-azzjoni kontra l-ISIS

Kollox qed jindika li r-Renju Unit se jingħaqad fl-attakki mill-ajru li qed isiru kontra l-ISIS.
Dan hekk kif jidher li issa l-Prim Ministru David Cameron għandu l-appoġġ miż-żewġ naħat tal-Parlament għal pass simili. Sorsi qalu li Cameron, hekk kif ikollu moħħu mistrieħ li għandu l-appoġġ, kien se jressaq it-talba għal vot fil-Parlament.
Dan wara li fl-2013 kien tilef vot simili. It-Tnejn Cameron se jiltaqa’ ma’ Francois Hollande, il-President Franċiż, biex jikkoordinaw aħjar il-ħidma kontra t-terroriżmu.