Mara ta’ 77 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involut f’inċident tat-traffiku lbieraħ, ġewwa Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta għall-ħabta tal-għaxra.
Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jidher li kemm il-mara kif ukoll raġel intlaqtu minn vettura tat-tip Fiat 500 misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar. Il-vittma li għandha 77 sena u hija residenti l-Mosta stess ġiet iċċertifikata bla ħajja fuq il-post. Ir-raġel li għandu 47 sena u huwa residenti Santa Venera ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>