In-Nisrani jrid jirrispondi b’lingwaġġ differenti u dan ifisser li wieħed irid jaħfer lill-għadu tiegħu. Hekk saħaq l-Arċisqof Charles J Scicluna waqt waqt l-omeija taċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità ta’ Kristu Re fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, hekk kif illum il-Knisja qed tiċċelebra l-festa ta’ Kristu Sultan li tagħlaq is-sena Liturġika tal-Knisja, biex imbagħad il-Ħadd li ġej tagħti bidu għas-sena Liturġika li ġejja.
L-Arċisqof ddeskriva t-terroriżmu bħala stallett filwaqt li spjega li li t-terroriżmu joffendi l-qalb tal-Ħallieq. Sostna li quddiem il-vjolenza, l-inġustizzja u t-terroriżmu, m’għandniex nirrispondu bl-istess lingwaġġ, iżda għandna nirreżistu għat-tentazzjoni li nirrispondi għall-vjolenza bi vjolenza, b’vendetta għall-ħsara li ssir.
Tkellem ukoll dwar l-importanza li nipproteġu l-ħajja mill-bidu nett tat-tnissil. Sostna li rridu nieħdu ħsieb ħutna, anke dawk li għadhom ma twieldux. Qal li l-kelma ħniena tfisser ukoll responsabbiltà li nħarsu lil min hu l-iktar vulnerabbli, il-ħlejqa li l-iktar għandha bżonn protezzjoni.
//= $special ?>