Fil-qorti Renald Magro ta’ 36 sena mill-Fgura, kien ikkundannat sena priġunerija sospiża għal sentejn wara li ammetta li fera lil ħuħ b’sikkina f’inċident li seħħ is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-1.30 p.m. fi Triq il-Pitirross, il-Fgura.
Huwa nstab ħati wkoll li kiser il-paċi pubblika u li żamm sikkina mingħajr liċenzja.
Minbarra s-sentenza sospiża, il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella wissiet lill-Magro li jista’ jeħel multa ta’ €1,000 jekk b’xi mod jerġa’ jdejjaq lil ħuh.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Spiridione Zammit waqt li għal Magro deher Dr. Franco Debono.
//= $special ?>
