Il-Pulizija Belġjana kompliet tkun fuq l-allert massimu hekk kif hemm indikazzjonijiet li diversi terroristi tal-ISIS qed jiġru mas-saqajn lesti biex iwettqu attakki simili għal dak ta’ Pariġi.
Hemm indikazzjonijiet li jinsab maħrub fil-Belġju Salah Abdeslam, li pparteċipa fl-attakki ta’ Pariġi imma Jan Jambon, il-Ministru tal-Intern Belġjan, qal li s-sigurtà li kien hemm fil-pajjiż ma kinetx minħabba fih.
Fil-Belġju minn nhar il-Ġimgħa filgħaxija, il-pajjiż tpoġġa fuq livell għoli ta’ allert u fil-kapitali Brussell twaqqaf is-servizz tal-metro kif ukoll tħassru l-attivitajiet pubbliċi kollha fi tmiem il-ġimgħa u dan issa kien imġedded għat-Tnejn.
//= $special ?>