Lokali

Tkompli l-maratona fuq Radio 101

Illum qegħda tkompli maratona fuq Radio 101 bil-għan li jinġabru fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista. Maratona li ser tkun qed titmexxa mill-preżentatriċi Manila Bottone.

Il-mezzi tal-media tal-Partit Nazzjonalista rrifjutaw dħul ta’ madwar €10,000 f’reklamar għal spots ta’ propaganda sfaċċata tal-Gvern dwar il-baġit. L-ispots kienu diġa twaqqfu mill-Awtorita tax-Xandir meta l-Gvern ipprova jxandarhom fuq il-PBS.

Il-fondi li se jkunu qed jinġabru waqt il-maratona tal-llum se jkunu qed itaffu xi ftit it-telf sostanzjali li għamlet il-media Nazzjonalista meta l-PN irrifjuta li jinxtara mill-Prim Ministru.

Donazzjonijiet jsiru permezz ta’ SMS għal donazzjoni ta’ €2.33 fuq in-numru 50617580 u permezz tat-telephone fuq dawn in-numri:
€5 – 51502071
€10 – 51602072