Żewġ persuni oħra ġew arrestati fl-ajruport ta’ Katanja wara li kienu qed iġorru permessi għal residenzi foloz. Huma kienu qed jivjaġġaw lejn Malta.
Il-każ kien rappurtat fuq siti tal-aħbarijiet ta’ Katanja, fejn jiġi rrappurtat li filwaqt li l-passaporti kienu validi, il-permessi għar-residenza kienu foloz.
Fl-aħħar jiem ġew arrestati numru ta’ persuni oħra li kienu qed jivjaġġaw lejn Malta wara li nqabdu li kellhom dokumenti foloz.
Fl-ewwel każ, żewġ Sirjani li kienu ġejjin Malta, nqabdu fl-ajruport ta’ Bergamo. Dawn kienu qed iġorru passaporti foloz filwaqt li kellhom numru ta’ ‘ritratti ta’ persuni jżommu l-kalashnikovs’.
Ftit wara, żewġ Sirjani oħra nqabdu fl-ajruport ta’ Ciampino. Huma kienu qed jivjaġġaw lejn Malta u wkoll kellhom passaporti foloz.
F’każ ieħor, Sirjan kien arrestat fl-ajurport ta’ Malta stess wara li pprova jidħol b’passaport falz.
//= $special ?>