Lokali

Aġġornata : Żewġ żgħażagħ fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Żewġ żgħażagħ jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni wara nofsinhar f’Telgħet Raħal Ġdid f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ wara li karozza tat-tip Citroen Saxo, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena u li miegħu kellu passiġġier żagħżugħ iehor ta’ 18-il sena,  għal xi raġuni ħabtet f’karozza tal-linja.

Fil-post issejħu numru ta’ Pulizija, kif ukoll Ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħarġu lis-sewwieq u l-passiġġier mill-karozza. Iż-żgħażagħ ittieħdu l-isptar fejn aktar tard huma ġew iċċertifikati li jinsabu f’qagħda kritika u fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq ta’ tal-linja, raġel ta’ 36 mil-Qrendi ħelisha ħafif.

Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

IMG_1407