Il-wegħda tal-investitur Ġordaniż li jibni l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala bi bdil għall-appoġġ tal-proġett fiż-Żonqor hu kundannabbli.
Sostnew dan fi stqarrija konġunta l-għaqdiet ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth, Ramblers Association u KoPIN. L-Għaqdiet qalu li dan jammonta għal tixħim u jitfa’ dubji serji fuq l-integrita’ morali tas-Sindku Laburista Mario Calleja.
Huma fakkru li f’Jannar li għadda, il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala talab lill-Gvern sabiex jassigura li l-ispazju miftuħ fiż-Żonqor ikun mħares għall-benefiċċju tal-pubbliku. Il-Fatt li l-Kunsill biddel il-pożizzjoni tiegħu ftit xhur wara tfisser ħafna.
Li mhux biss taċċetta, iżda li saħansitra titlob għal tixħim, tmur kontra prinċipji morali fundamental li ma jista’ qatt jiġi ġustifikat.
L-Għaqdiet ambjentali komplew li l-ġustifikazzjoni tas-Sindku “li jieħu li jista'” hija simili għal dikjarazzjonijiet oħra ta’ “make hay while the sun shines”, u huma sintomatiċi ta’ xi ħaġa ħażina
ħafna fis-soċjeta’ tagħna.
Li pubblikament taċċetta t-tixħim ta’ awtorita’ lokali tikkorrompi l-prinċipji morali, iddgħajjef it-tessut tas-soċjeta’ u għandha tkun miġġielda bis-saħħa, tennew l-għaqdiet ambjentali. Huma jistennew li l-Prim Ministru Joseph Muscat biex jaġixxi kontra dawn il-prattiċi ta’ korruzzzjoni.
//= $special ?>

