Internazzjonali

Ir-Repubblika Ċeka lesta tibgħat it-truppi kontra l-ISIS

Martin Stropnicky, il-Ministru tad-Difiża tar-Repubblika Ċeka, qal li pajjiżu lest jibgħat mal-200 suldat fil-każ li jkun hemm offensiva militari mil-art kontra l-ISIS.
Hu qal li fil-biċċa l-kbira kienu se jkunu esperti fl-armi kimiċi.
Waqt li kien qed jitkellem fuq it-televiżjoni nazzjonali Ċek, Stropnicky qal li jekk ikun hemm intervent min-NATO, ir-Repubblika Ċeka kienet lesta tipparteċipa. Hu żied, imma, li l-Gvern ta’ Praga kien jippreferi kieku offensiva mill-art issir mill-pajjiżi tar-reġjun u n-NATO tipprovdi l-armi u l-appoġġ mill-ajru.
Hu qal li wara l-attakki ta’ Pariġi, il-possibbiltà ta’ intervent mill-art żdied imma xejn ma kien deċiż.