Lokali

Jiftah il-Commonwealth People’s Forum 2015

Waqt il-ftuh tal-People’s Forum tal-Commonwealth, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bhalissa f’pajjizna hawn “buzz” ghal dawn l-attivitajiet tac-CHOGM.

F’diskors quddiem dawk prezenti ghal dan il-Forum, Joseph Muscat tkellem dwar l-ekonomija, l-ugwaljanza fis-socjeta’, u l-isfidi ambjentali.

Jacqueline Micallef Grimaud, ic-chairperson tal-Commonwealth People’s Forum, fethet l-attivitajiet li se jkunu qed isiru f’Malta din il-gimgha b’diskussjonijiet f’forum li jigbor fih l-akbar numru ta’ rapprezentanti mis-socjeta’ civili fi hdan il-Commonwealth.

Il-People’s Forum se jiffoka fost l-ohrajn fuq ir-rwol tal-Membri Parlamentari fis-socjeta’, il-bzonn ta’ djalogu akbar, u diskussjoni dwar is-settur LGBTI.

Is-Segretarju Generali tal-Commonwealth minn naha tieghu spjega kif kull CHOGM joffri opportunita’ ta’ tahlit ghal kulturi varji, u enfasizza l-importanza ta’ kollaborazzjoni bejn il-popli.

Intant illum ukoll fetaħ il-Commonwealth Women’s Forum b’serje ta’ attivitajiet matul din il-ġimgħa.