Internazzjonali

Protesti mill-immigranti tul il-fruntiera tal-Maċedonja mal-Greċja

epa05037227 Refugees protest at the border between Macedonia and Greece, near Gevgelija, The Former Yugoslav Republic of Macedonia, 22 November 2015. Macedonia, Serbia and Croatia on 19 November 2015 have started restricting access to migrants on the Balkan route to Syrians, Iraqis and Afghans. It is a part of a joint effort to reduce the number of asylum seekers streaming into the European Union. EPA/GEORGI LICOVSKI

Immigranti Marokkini, Iranjani u Pakistani li spiċċaw fil-fruntiera tal-Greċja mal-Maċedonja waqqfu t-traffiku tal-ferroviji u insistew li jivvjaġġaw lejn il-Punent tal-Ewropa. Dan meta l-immigranti huma mxekkla minn politika li qed tkun implimentata fir-reġjun tal-Balkani u li qajmet tħassib dwar id-drittijiet umani.
Mijiet ta’ eluf ta’ immigranti, ħafna minnhom Sirjani li qed jaħarbu mill-gwerra, qegħdin jivvjaġġaw mill-peniżola tal-Balkani wara li qasmu permezz tal-baħar mit-Turkija għall-Greċja. Huma jridu jaslu fil-pajjiżi Ewropej tat-Tramuntana u l-Punent, fosthom il-Ġermanja u l-Iżvezja.
Madankollu, is-Slovenja qalet li tipprovdi aċċess biss lir-refuġjati li qed jaħarbu mill-konflitt fis-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan u li se jintbagħtu lura dawk kollha kkunsidrati bħala ‘immigranti ekonomiċi’. Il-Kroazja, is-Serbja u l-Maċedonja adottaw l-istess politika u llum ammonti kbar ta’ immigranti spiċċaw iżolati fit-tined qalb il-fruntieri tal-Balkani, issa li x-xitwa qiegħda fil-qrib.