Lokali

Puschair li tħalla waħdu f’Tas-Sliema jqajjem ‘false alarm’

Puschair li tħalla vojt u waħdu f’Tas-Sliema, fiż-żona magħrufa bħala l-Ferries, qajjem suspett li kienet insterqet xi tarbija tant li fil-post issejħu l-Pulizija.

Madankollu jirriżulta li dan il-puschair kien intesa’ hemm, kif ikkonfermat lil dan is-sit kelliema għall-Pulizija.

Qabel sar magħruf x’kien ġara, il-Pulizija saħansitra dehru jistaqsu xi nies f’Tas-Sliema stess u ssejħu ħdejn il-Funtana tat-Tritoni fejn xi persuni komplew mar-rapport preċedenti u qalu li t-tarbija dehret f’dan il-post.

Madankollu kollox irriżulta fin-negattiv u l-persuni mistoqsija lkoll qalu li ma raw u ma jafu b’xejn, qabel sar magħruf li fil-verita’ l-puschair kien vojt u ntesa’ jew tħalla f’Tas-Sliema minn xi ħadd.