Il-Pulizija Belġjana akkużat raġel b’konnessjoni mal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru f’Pariġi, il-kapitali ta’ Franza.
Dan qalu l-Prosekutur Federali tal-Belġju, bl-akkużat – wieħed fost ħames persuni li spiċċaw arrestati nhar il-Ħadd – ma jissemmiex b’ismu. Tnejn mill-arrestati inkwistjoni nħelsu, bl-oħrajn għadhom qed jgħinu l-investigazzjonijiet tal-pulizija.
Il-Prosekutur sostna li ħmistax il-persuna oħra nħelsu, fil-Belġju, mingħajr ma tressqulhom akkużi.
//= $special ?>