Lokali

Raġel qed issofri ġrieħi gravi wara inċident ir-Rabat

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellu bzonn l-assistenza fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ perliminari rriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti ż-Żurrieq waqa’ għoli ta’ madwar sitt piedi ġo xaft

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.