Lokali

Simon Busuttil – “Kliem Joe Debono Grech huwa inacettabli, speċjalment fil-Parlament”

Il-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil iddikjara li l-Oppożizzjoni qed tkun qed toħroġ ‘il barra mill-Kamra wara ruling li ta l-Ispeaker b’rabta mal-inċidenti li nqalgħu nhar il-Ġimgħa filgħaxija meta d-Deputat Laburista Joe Debono Grech hedded lid-deputata indipendenti Marlene Farrugia bil-kliem “Niġi għalik u nifqgħek.”

Din id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha fil-Parlament wara li staqsa lill-Ispeaker jiċċara jekk fir-ruling li ta dwar l-inċident ta’ nhar il-Ġimgħa, kienx qiegħed jittratta liż-żewġ deputati bl-istess mod, bl-Ispeaker jgħid li ma jistax jikkummenta fuq ir-ruling għaliex deċiżjon tas-sedja ma tistax tiġi diskussa.

Fil-konferenza stampa, Simon Busuttil qal li l-kliem ta’ Joe Debono Grech huwa inacettabli speċjalment fil-Parlament, filwaqt li l-ispeaker poġġa taħt l-istess keffa lil min ghamel it-thedida u lil min ġie mhedded.

Il-Kap tal-Opożizzjoni qal li fid-dawl ta’ dan l-Opożizzjoni harget il-barra mill-Parlament għalhiex ir-ruling ma jikkundanax il-min fi kliem l-ispeaker min fi kliem l-ispeaker ghamel il-parlament maqjel bl-ghagir tieghu. ‘Nirrifjutaw li nitpoġġew ma’ min għamel il-parlament maqjel’ qal dan Simon Busutiil, filwaqt li kompla jgħid li dan l-għaġir ilu għaddej sentejn u nofs, l-ewwel fil-konfront tal-Oppożizzjoni u issa fil-Konfront tal-Indipendenti. Għar minn hekk Simon Busuttil irrimarka li t-thedida ta’ Joe Debono Grech saret minn raġel fil-konfront ta’ mara, huwa qal li dan mhux aċċetabli. Simon Busuttil filwaqt ħabbar li l-Oppożizzjoni se tikkontesta r-ruling biex b’hekk tiddefendi d-dinjita’ tal-membri parlamentari u l-parlament.