Żewġ ħaddiema ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ċediet parti minn binja fi Triq il-Kurunell Savona fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2pm, hekk kif kien qed isir xogħol fuq il-binja, li għal xi raġuni ċediet.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fil-post, li fih kienu qed isiru xi xogħolijiet ta’ twaqqigħ.
Oriġinarjament, il-binja kienet lukanda, li fl-aħħar snin ġiet konvertita f’Dar tal-Anzjani.
Għal xi raġuni, ix-xogħol ma marx kif kien ippjanat, tant li żewġ ħaddiema weġġgħu waqt ix-xogħol.
It-triq fejn seħħ l-inċident ingħalqet għat-traffiku minħabba biża’ li tiġġarraf xi parti oħra mill-binja.
Aktar informazzjoni għadha qed taslilna …
//= $special ?>