Lokali

Il-gradwati fil-Kummerċ jiċċelebraw fid-Dar Ċentrali

Komplew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ aktar studenti li qed jiggradwaw wara snin twal jistudjaw. Din id-darba, kien imiss lill-istudenti tal-Kummerċ li jiċċelebraw li temmew b’suċċess l-istudji tagħhom.

Filfatt, grupp ta’ ‘il fuq minn mitt gradwat tal-Kummerċ waqfu d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fir-rotta tagħhom ta’ ċelebrazzjoni.

Fid-Dar Ċentrali, l-istudenti ltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u mas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake.

Uħud mill-gradwati, b’kumbinazzjoni, iltaqgħu ukoll mar-rebbieħa tal-Junior Eurovision Destiny Chuckunyere, li ftit qabel kienet għadha kif iltaqghet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

destiny 1