Il-kumpanija Golden Harvest għarrfet iddawwar l-isfidi f’opportunitajiet biex tkabbar l-operat tagħha.
Il-mod kif il-Golden Harvest kibret fl-operat tagħha kien diskuss waqt żjara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel fil-fabbrika tal-kumpanija, fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann, fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u mat-tmexxija tal-kumpanija.
Akkumpanjat mill-Kandidati Nazzjonalisti Amanda Abela u Noel Muscat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar il-proposti li l-Partit nieda dwar il-vizjoni fis-settur ekonomiku. Qal li permezz ta’ dawn il-proposti, il-Partit Nazzjonalista qed joffri alternattivi għall-futur.
Fost l-investimenti ewlenin li l-Golden Harvest għamlet fl-aħħar snin kien hemm dak f’teknoloġija nadifa, fejn permezz ta’ dan l-investiment, 10 fil-mija tal-konsum fil-fabbrika qed ikun iġġenerat minn enerġija nadifa.
Il-faċilita tal-Golden Harvest hi waħda mill-akbar u l-aktar avvanzata teknoloġikament f’Malta, bi produzzjoni ta’ 70,000 prodott kuljum, bl-investiment fl-impjant laħħaq madwar 25 miljun ewro.
//= $special ?>