Wara l-avventura tal-Junior Eurovision, dalgħodu Destiny marret lura l-iskola, iżda ma kinitx taf li kellha ssib tistennieha sorpriża, hekk kif it-tfal kollha tal-iskola nġabru fil-bitħa u tawha merħba mill-isbaħ
It-tfal tal-iskola Our Lady Immaculate kienu ħerqana mhux ftit biex laqgħu lura fosthom lill-kantanta li rebbħet lil Malta t-tieni Junior Eurovision. Hi ntlaqgħet fost għajjat ta’ ‛Destiny, Destiny’ u tixjir ta’ bżieżaq, tpinġijiet u materjal ieħor lit-tfal ħejjew għal din is-sorpriża.
F’indirizz qasir lit-tfal tal-iskola, Destiny qalet lit-tfal l-oħra li r-rebħa fil-Junior Eurovision kienet rebħa ta’ kulħadd.
Aktar tard matul il-ġurnata, Destiny ltaqgħet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fid-Dar Ċentrali. Hi kienet akkumpanjata mit-tim tagħha. Waqt il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista faħħar lil Destiny għall-kunfidenza li wriet fuq il-palk u li wasslet għar-rebħ tal-Junior Eurovision.
//= $special ?>