Lokali

Serqa oħra f’ħanut tal-logħob fin-Naxxar

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li twettqet tard ilbieraħ filgħaxija fin-Naxxar.

Kien għal ħabta tal-21.45 li l-pulizija kienet infurmata li f’ħanut tal-logħob fi Triq Ħal Dgħejf kienet għadha kemm seħħet serqa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżultta li waqt li ħaddiem ta’ 19-il sena mill-Marsa kien jinsab fil-ħanut daħal raġel b’wiċċu mgħotti u armat u seraq ammont sostanzjali ta’ flus.

Bil-każ kienet infurmata l-maġistrat tal-għassa li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.