Lokali

Dmiri lejn il-poplu Malti mhux li ngħatti lill-Gvern – David Casa

Il-kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, saħaq li dmiru hu lejn il-poplu Malti u mhux li jipprova jgħatti l-prattiċi tal-mistħija tal-Gvern Malti.

Saħaq li meta l-korruzzjoni istituzzjonalizzata titħalla tmexxi, l-interessi u s-sigurtà Maltin u tal-poplu Malti jiġu preġudikati. Spjega li dan hu eżattament dak li qed jiġri bħalissa.

L-MEP Nazzjonalista kien qed jirreaġixxi għal dak li qal il-Partit Laburista b’reazzjoni għal dikjarazzjoni tiegħu meta rrefera għall-korruzzjoni dwar ħruġ ta’ viżas u permessi ta’ residenza mill-awtoritajiet Maltin fil-Libja u fl-Alġerija.

Lill-Partit Laburista, David Casa appellalu biex jifhem li l-partit mhux Malta u li kien elett biex imexxiha, waqt li akkużah li qed imexxi lill-pajjiż b’mod ħażin ħafna.