Dun Walter Cauchi nħatar bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun.
L-ewwel ħidma pastorali ta’ Dun Walter kienet bħala viċi-kappillan f’Ħal Għargħur. Fl-1978 huwa sar viċi-kappillan f’Bormla. F’Diċembru 1981, Dun Walter Cauchi inħatar kappillan tal- Parroċċa tal-Gżira. F’Jannar 1990 ġie nominat kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien.
F’Novembru tal-1995 inħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, u minn Awwissu tal-2008 serva bħala kappillan tal-Parroċċa f’Wied il-Għajn.
Il-parroċċa ta’ San Gejtanu tiġbor fiha madwar 6,000 persuna f’2,100 familja.
//= $special ?>