Dun Roderick Camilleri nħatar minn l-Arċisqof Charles J. Scicluna bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.
Dun Roderick ġie ordnat saċerdot nhar id-29 ta’ Ġunju 2012. Beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara, u wara bħala viċi-kappillan fil-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa. Dun Roderick serva wkoll bħala direttur spiritwali fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal-Kirkop.
Il-parroċċa ta’ Sant’Anna tiġbor fiha madwar 11,000 persuna f’3,500 familja.
//= $special ?>