Rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li r-Reġina Eliżabetta II talbet biex iżżur Villa Guardamangia, iżda ma tħallietx. Din il-Villa f’Tal-Pieta’ hija r-residenza li fiha għexu r-Reġina u d-Duka ta’ Edinburgh fl-ewwel snin taż-żwieġ tagħhom.
F’rapport esklussiv ippublikat fid-Daily Telegraph, jintqal illi Eliżabetta II mhux se jkollha iċ-ċans iżżur din id-dar li tinstab fi stat ħażin ħafna.
Dan huwa dak li ġie rappurtat fil-ġurnal bl-Ingliż ftit tas-sigħat biss qabel iż-żjara Irjali:
“The condition of the house – the only place outside the UK the Queen has ever called home – has become something of an embarrassment to the Maltese government. It has carried out surveys and estimates on the restoration cost, only to reach stalemate in its attempts to buy the property.
Marika Schembri, who lives in the villa and co-owns it with her siblings, told The Daily Telegraph: Something is going to happen to this house one day, but maybe not for another ten years.”