Kurżitajiet

Ritratt mill-ispazju juri UFO?

Ritratt meħud fl-ispazju minn astronawta fl-istazzjon internazzjonali tal-ispazju, u ppubblikat fuq Twitter, intlaqa’ b’ċertu entużjażmu hekk kif ir-ritratt juri dak li qed jitqies bħala UFO.

Ir-ritratt ġie ppubblikat minn Scott Kelly, li ilu fl-ispazju għal 236 ġurnata. Fuq l-account tiegħu fuq Twitter, Kelly kiteb dan il-messaġġ flimkien mar-ritratt: Day 233. Once upon a #star over Southern India. #GoodNight from @space_station! #YearInSpace.

Imma waqt li r-ritratt juri s-sbuħija tad-dinja minn 250 kilometru bogħod, hu dak li jidher fil-kantuniera ta’ fuq, fin-naħa tal-lemin, li laqat l-attenzjoni ta’ ħafna.

Dawk illi jemmnu li fl-ispazju hemm ħlejjaq oħra extra-terrestri, kemm-il darba ssuġġerew li hemm UFOs strambi li qed josservaw l-istazzjon internazzjonali tal-ispazju.

Scott C Waring, l-editur ta’ blog fuq l-internet UFOsightingsdaily.com, qal li Scott Kelly jħobb jibgħat ritratti lid-dinja mill-ispazju imma li dan ir-ritratt hu differenti mis-soltu. “Għandu UFO forma ta’ sigarru tal-metall. Hu madwar 25 metru twil u hu mal-150 jew 200 metru ’l bogħod mill-astronawta”, kompla jgħid Waring waqt li rringrazzja lil Kelly għar-ritratt, u għas-sinjal li qisu ried jagħti. “Il-messaġġ irċevejnieh Scott, u grazzi”, temm jgħid Waring.