Anzjan ta’ 66 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li spiċċa ferut waqt serqa mill-ħanut tiegħu fir-Rabat minn żewġ persuni. Is-serqa seħħet għall-ħabta tal-16:00 fi Triq il-Kuleġġ ir-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ preliminari jirriżulta li żewġ persuni li kienu b’wiċċhom mgħammad u armati b’arma li taqta’, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lil sid il-ħanut.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet lil sid il-ħanut l-Isptar Mater Dei għal kura.
L-anzjan qeigħed isofri minn feriti gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post, b’ammont ta’ flus kontanti.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>