Il-President Russu Vladimir Putin tenna li r-Russja għadha ma rċeviet l-ebda apoloġija, l-ebda proposti għall-kumpens mit-Turkija u l-ebda wegħda li se jkun hemm sanzjonijiet kriminali għal dawk li kienu responsabbli wara li dawn waqqgħu ajruplan Russu tal-gwerrra.
Putin sostna li mhuwiex spjegabbli l-aġir tat-Turkija meta dawn suppost kienu qed jaħdmu konta t-terroriżmu flimkien ma’ bosta pajjiżi. Hu ddeskriva dan l-aġir bħala “back-stabbing”.
Minkejja dan, wara l-laqgħat mal-President Franċiż Francois Hollande, Putin reġa’ fakkar fil-għan li bosta pajjiżi jingħaqdu u jilħqu ftehim biex jiġġieldu lill-Istat Iżlamiku, li għadu jikkontrolla bosta partijiet mis-Sirja u l-Iraq.
//= $special ?>