L-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna. ħatar tliet kappillani ġodda f’daqstant parroċċi fit-Tramuntana ta’ Malta.
Il-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Qalb bla tebgħa ta’ Marija, Burmarrad hu Patri Christian Borg. Patri Borg għandu 27 sena u kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2014 u beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Knisja ta’ San Franġisk fil-Belt Valletta. Il-Parroċċa ta’ Burmarrad tiġbor fiha madwar 1,200 persuna f’400 familja.
Patri Michael Attard inħatar mill-Arċisqof ta’ Malta bħala Kappillan tal-Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar. Patri Attard għandu 48 sena u kien ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 1995. Hu serva bħala Gwardjan fir-Rabat Għawdex, Rettur tal-Knisja ta’ San Massimiljan Kolbe ta’ Buġibba u bħala Gwardjan u Rettur tas-Santwarju Madonna tas-Saħħa, ir-Rabat Malta kif ukoll Viċi Kappillan f’San Pawl il-Baħar stess. Il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar tiġbor fiha madwar 5,000 persun f’2,100 familja.
Anki l-Parroċċa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-Qawra, għandha kappillan ġdid. Dan hu Patri William Bartolo li għandu 57 sena. Hu kien ordnat saċerdot fis-6 ta’ Lulju 1990 u serva bħala gwardjan tal-kunventi ta’ San Franġisk fil-Belt Valletta u Birkirkara. Il-Parroċċa tal-Qawra tiġbor fiha madwar 7,080 persuna f’2,500 familja.
//= $special ?>