Mara anzjana spiċċat marbuta ma’ siġġu wara lejl li fih seħħew żewġ serqiet mis-Swieqi. Żewġ ħallelin daħlu f’dar fi Triq il-Kwarta u rabtu anzjana ma’ siġġu. Huma talbu li jingħataw deheb u flus iżda spiċċaw sabiex ma’ serqu xejn. Aktar tard fi Triq it-Tiben ħallelin daħlu f’residenza fejn serqu madwar mitt Ewro u tablet.
Fit-tieni każ il-familja ta’ erbgħa ndunat bis-serqa x’ħin qamet filgħodu u sabet ħerba fid-dar.
Fl-aħħar jiem fis-Swieqi bosta lmentaw dwar numru ta’ barranin li jkunu qegħdin iduru d-djar jgħidu li huma bejjiegħa għalkemm ir-residenti mill-ewwel kellhom suspetti serji dwar dan.
//= $special ?>