Lokali

CHOGM : €50,000 mormija fuq tinda li ntramat għalxejn

Tinda kbira li ntramat apposta għaċ-CHOGM biswit it-Tempji ta’ Ħaġar Qim u li ġiet tiswa aktar minn €50,000, illum tħabbar li ntramat għalxejn.

Jirriżulta li f’din it-tinda, li kienet diġa armata, llejla kellha ssir ikla ospitata mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mexxejja taċ-CHOGM, iżda aktar kmieni llum, il-Gvern ħabbar li minħabba t-temp, l-ikla kienet se ssir f’post privat fir-Rabat, flok taħt l-istess tinda.

Dan ifisser li t-tinda, li ġiet tiswa aktar minn €50,000, ntramat għalxejn, u li b’hekk kienet ser terġa’ tiżżarma.