Matul iż-żjara tagħha f’Malta r-Reġina Eliżabetta II, kif titlob it-tradizzjoni, ngħatat numru ta’ rigali mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Fost ir-rigali mgħotija lir-Reġina kien hemm pittura ta’ Villa Guardamangia, xogħol l-artist Edwin Galea.
Villa Guardamangia kienet ir-residenza tar-Reġina lura meta bħala Prinċipessa għamlet żmien tgħix Malta fil-bidu taż-żwieġ tagħha mal-Prinċep Philip.
Iżda jekk forsi l-idea ta’ pittura ta’ Villa Guardamangia tista’ tidher bħala idea sabiħa li tgħin tgħati lir-Reġina aktar mumenti nostalġiċi ta’ pajjiżna, żgur ma’ jistax jingħad li l-idea hija waħda oriġinali.
Dan hekk kif f’Novembru 2013 il-Kummissarju Għoli Malti f’Londra, Norman Hamilton, meta ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lir-Reġina Eliżabetta II bħala rigal f’isem il-gvern Malti ppreżenta pittura ta’ Villa Guardamangia, dak in-nhar xogħol l-artist John Martin Borg.
B’hekk f’temp ta’ sentejn, f’żewġ okkażjonijiet fejn Malta kellha tippreżenta rigal lir-Reġina Eliżabetta II, Malta, għal darba darbtejn ppreżentat pittura ta’ l-istess xena!
//= $special ?>