Gianna Jessen. Mara ta’ 38 sena li qed tiddedika ħajjitha biex twassal il-messaġġ tagħha kontra l-abort.
Gianna, hi riżultat ta’ abort li ma rnexxiex u konsegwenza t’hekk, Gianna tbagħti minn kundizzjonijiet mediċi.
Gianna twieldet fl-1977, fl-Amerika. L-omm naturali tagħha, meta kellha 17-il sena għamlet abort. Proċess li b’xorti tajba għal Gianna, ma’ rnexxiex.
Il-proċess li sar hu magħruf bħala saline abortion. Metodu li rari jintuża għall-abort fi stadju avvanzat tat-tqala. B’dan il-metodu tkun injettata kimika fl-utru. Proċess li Gianna rnexxielha ssalva minnu.
Eventwalment, Gianna, kienet addotata u minn mindu kellha 14-il sena bdiet titkellem fil-pubbliku favur il-ħajja. Minkejja t-tbatijiet li tgħaddi minnhom ta’ kuljum, Gianna m’għandiex mibgħeda lejn ommha naturali u hi deskritta minn ta’ madwarha bħala persuna pożittiva u ferriħija mmens.
F’diversi diskorsi li tagħmel, Gianna tispjega kif hu faċli li n-nies jaħsbu dwar l-abort mill-att politiku jew bħala dritt. Iżda hi tgħid, li hi m’hix dritt, iżda umana.
Matul il-granet li ghandha f’Malta, Gianna tixtieq li tinforma lill-pubbliku dwar dak li għaddiet minnu, li hi kawża ta’ abort li ma’ rnexxiex.
Nhar il-Hadd fis-2 ta’ wara nofsinhar, Gianna se tmexxi l-attivita Rally4life minn quddiem Kastilja sal-Bini tal-Parlament.
//= $special ?>