Fuq l-Internet qed jikseb popolarita riklam ta’ katina ta’ supermarkets Ġermaniż li jġorr messaġġ importanti għal dawn il-festi.
Il-filmat hu dwar nannu li wara diversi festi tal-Milied waħdu, Milied minnhom it-tfal jirċevu kartolina tinformom li hu kien miet.
Meta lkoll imorru d-dar tiegħu mal-familji tagħhom, isibu li ma kienx minnu u dan kien l-unika mod biex jiġborhom ilkoll flimkien biex sa fl-aħħar jiċċelebra l-Milied magħhom.
Fi ftit siegħat, il-filmat rawh mal-20 miljun darba fuq youtube biss.
//= $special ?>