Gary Neville nħatar uffiċjalment bħala l-Kowċ ta’ Valencia sa tmiem l-istaġun. Wara li rtira fl-2011, Neville kien qed jokkupa kariga fit-tim nazzjonali Ingliż, kif ukoll analista ma’ Sky Sports. Madankollu, dan se jkun l-ewwel rwol tiegħu bħala Kowċ.
L-eks Captain ta’ Manchester United ftiehem fuq kuntratt ta’ ħames xhur u se jkompli wkoll fl-istaff tekniku ta’ Roy Hodgson. Min-naħa tagħhom, Valencia mistennija jħabbru lil Neville b’mod uffiċjali f’konferenza tal-aħbarijiet li mistennija ssir għada.
Neville hu wieħed mill-aktar plejers Ingliżi li rebaħ unuri, b’total ta’ 20, li jinkludu tmien Kampjonati u żewġ Champions Leagues. Hu lagħab aktar minn 600 logħba ma’ Manchester United u aktar minn 85 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż.
Valencia għadhom biċ-ċans li jgħaddu mill-gruppi taċ-Champions League, għalkemm jinsabu f’diffikultà fil-Kampjonat b’ħames rebħiet minn 11-il partita, wara li fl-istaġun li għadda spiċċaw fir-raba’ post. Il-logħba li jmissom hi kontra ċ-Champions Barcelona.
Ħu Gary Neville, Phil, kien sieħeb lil Valencia fl-istaff tekniku fil-bidu ta’ dan l-istaġun, fejn okkupa l-kariga ta’ Aġent Kowċ wara t-tluq ta’ Nuno.
//= $special ?>

