Il-Front Harsien ODZ kiteb formalment lill-Bord tal-Gvern Lokali biex jinvestiga lis-Sindku Laburista ta’ Marsaskala Mario Calleja wara li fl-aħħar jiem ikkonferma li l-investitur Ġordaniż Sadeen Group offra li jibni uffiċċju tal-Kunsill Lokali.
Fi stqarrija l-Front qal li l-aġir ta’ Mario Calleja huwa wieħed li jmur kontra l-kodiċi tal-etika u l-ebda kunsill jew membru elett fuq kunsill ma għandu jitlob għal għajnuna. Il-kunsill qiegħed hemm biex jipproteġi u jservi l-kommunita’ li eliġittu.
Għalhekk il-Front staqsa lil Bord tal-Governanza tal-Kunsilli Lokali biex jinvestiga lis-sindku u jinvestiga d-dikjarazzjoni li għamel fuq bażi ta’ imġieba mhux etika skond ir-regolamenti tal-istess bord.
L-istorja kienet ippublikata x-xahar li għadda f’gurnal lokali, bl-artiklu jghid lis-Sindku, Mario Calleja, qal li ltaqa’ mal-Kap Ezekuttiv ta’ Sadeen Group iktar kmieni dan ix-xahar u staqsieh x’se jiggwadanja l-Kunsill minn dan il-progett. Calleja qal li talab ghajnuna in kind minghand l-investitur Gordaniz sabiex jibni ufficcju gdid tal-Kunsill Lokali.
Jirrizulta li l-investitur Gordaniz offra li jibni ufficcju gdid lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala. Dejjem jekk jinghata l-permessi biex jibni fiz-Zonqor. Dan hareg anke waqt laqgha tal-Kunsill Lokali li saret fil-jiem li ghaddew.
//= $special ?>

