L-aġir tas-Sindku Laburista ta’ Marsaskala Mario Calleja imur kontra l-Kodiċi tal-Etika, li jgħid li l-ebda Kunsill jew Membru elett f’Kunsill Lokali ma għandu jitlob għal għajnuna. Dan qalu l-Front Ħarsien ODZ fi stqarrija, li fiha fakkar li l-Kunsill Lokali qegħdin hemm biex jipproteġu u jservu lill-komunità li eliġġitu.
Għaldaqstant, il-Front talab lill-Bord tal-Governanza tal-Kunsilli Lokali biex jinvestiga lis-Sindku Laburista u d-dikjarazzjoni li għamel fuq bażi ta’ mġieba mhux etika, skont ir-Regolamenti tal-istess Bord.
L-istorja kienet żvelata f’ġurnal lokali s-Sibt li għadda, bl-artiklu jikkwota lis-Sindku Laburista ta’ Marsaskala jgħid li ltaqa’ mal-Kap Eżekuttiv ta’ Sadeen Group aktar kmieni dan ix-xahar, fejn staqsieh x’se jiggwadanja l-Kunsill mill-proġett tal-Università Ġordaniża fiż-Żonqor. Mario Calleja qal li talab ‘għajnuna’ mingħand l-investitur Ġordaniż biex jibni Uffiċċju ġdid tal-Kunsill.
Jirriżulta li, min-naħa tiegħu, l-investitur Ġordaniż offra li jibni Uffiċċju ġdid lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jekk jingħata l-permessi biex jibni fiż-Żonqor. Dan ħareġ ukoll waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali, li saret fil-jiem li għaddew.
//= $special ?>