In-NATO stiednet lill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Montenegro biex tissieħeb f’din l-alleanza militari. L-ewwel darba li nfetħu l-bibien għal membru ġdid f’dawn l-aħħar sitt snin u 16-il sena minn mindu l-Montenegro kienet fil-mira ta’ attakki mill-ajru tal-istess NATO waqt il-kunflitt minħabba l-Kosovo.
Il-pass kien deskritt bħala wieħed storiku minn Jens Stoltenberg imma dan hu pass li r-Russja ilha twissi kontrih, u Moska kienet pronta tħabbar li kienet se tieħu azzjonijiet biex tpatti għal dak li tħabbar min-NATO.
It-taħditiet għas-sħubija mistennija jdumu sejrin madwar sena u fi tmiemhom, il-Montenegro ssir id-29 membru tan-NATO.
Il-Montenegro mistiedna tissieħeb fin-NATO
