Il-Parlament Ingliż tard l-Erbgħa filgħaxija se jivvota dwar jekk il-pajjiż għandux jingħaqad fil-koalizzjoni internazzjonali fil-bumbardamenti kontra l-ISIS.
Vot se jsir wara aktar minn għaxar sigħat ta’ dibattitu. Dibattitu dominat minn battibekki jaħarqu wara li l-Prim Ministru David Cameron akkuża lil dawk li huma kontra l-attakki mill-ajru li jissimpatizzaw mat-terroristi.
Jeremy Corbyn, il-Kap tal-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, stqarr l-oppożizzjoni kbira tiegħu għal pass simili imma peress li numru ta’ Membri Parlamentari Laburisti kienu favur, qal li ma kienx se jimponi l-pożizzjoni tiegħu u l-Membri Parlamentari Laburisti kienu ħielsa jivvutaw kif iridu.
IR-RENJU UNIT: Ilestu biex jivvutaw dwar l-attakki kontra l-ISIS
