Marlene Farrugia tagħti ħjiel li se twaqqaf partit jew moviment ġdid.
“Jekk l-elezzjoni ssir għada, nivvota lill-Partit Nazzjonalista għaliex huwa l-PN li qed jimxi skont il-manifest tal-‘Moviment Laburista’.” Hekk qalet il-Membru Parlamentari Indipendenti Marlene Farrugia.
Hija kitbet dan fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, fejn anke kompliet tgħid li skont il-fehma tagħha l-PN jeħtieġ xorta waħda aktar tiġdid.
“Meta jasal iż-żmien, nixtieq li nivvota għal Malta u Għawdex, u għall-‘moviment ta’ nies ġodda’, b’dan il-kliem Marlene Farrugia possibbilment qed tagħti ħjiel li se twaqqaf partit jew moviment ġdid.
Dr. Marlene Farrugia rriżenjat mill-Partit Laburista ġimgħatejn ilu wara li vvotat kontra l-Gvern Laburista għalhiex il-Partit Laburista fil-Gvern mhux qed iwettaq dak li wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu.
//= $special ?>